Il-Pulizija Ġermaniża qabdu suspettat li qed ikun akkużat li ppjana attakk ta’ bomba.
Il-Pulizija kienet qed tfittex is-suspettat b’rabta ma’ dan il-każ. refuġjat Sirjan, wara li s-Sibt li għadda għamlu rejd fl-appartament tiegħu f’belt qrib Leipzig. L-investigaturi spjegaw li fl-appartament tas-suspettat sabu numru ta’ splussivi.
Dawn l-isplussivi huma allegatament simili għal dawk li ntużaw fl-attakki ta’ Pariġi u Brussell. Rapporti fil-midja qegħdin jgħidu wkoll li s-Sirjan kien qed jippjana biex juża dawn l-isplussivi għal attakk fl-ajruport ta’ Berlin.
Intqal ukoll li l-inċident se jpoġġu pressjoni akbar fuq il-Kanċillier Ġermaniż, Angela Merkel biex isserraħ ras l-elettorat nervuż Ġermaniż li l-politika tar-refuġjati tagħha mhux qed tpoġġi fil-periklu l-pajjiż.