Abdulrazak Gurnah rebaħ il-Premju Nobel għal-Letteratura.
Kittieb ta’ bosta novelli u mwieled fit-Tanżanija, Gurnah ġie rikonoxxut għal mod kif kiteb dwar l-effetti tal-kolonjaliżmu.
Gurnah trabba f’waħda mill-gżejjer ta’ Zanzibar u imbagħad spiċċa refuġjat fir-Renju Unit.
Huwa l-ewwel rebbieħ ta’ dan il-premju prestiġjuż ta’ karnaġġjon skur, f’ħamsa u tletin sena.
Bi premju ta’ qrib il-miljun ewro, ir-rebbieħ jintgħażel wara analiżi bir-reqqa tal-kitbiet ta’ bosta awturi li fi kliem il-fundatur Alfred Nobel ikunu ipproduċew prodott letterarju mill-aqwa bi ħsibijiet profondi.