Il-Partit Demokratiku Liberali fir-Renju Unit pproponu referendum ieħor fil-manifest elettorali tagħhom biex jagħtu leħen ieħor lill-poplu Brittaniku dwar Brexit. Leħen li issa x’aktarx jgħid Remain.
l-elezzjoni ġenerali tat-tmienja ta’ Ġunju ssejħet b’urġenza mill-Prim Ministru Theresa May ftit wara li bagħtet ittra uffiċċjali lil Brussell biex tiskatta Artiklu Ħamsin u r-Renju Unit jibda n-negozjati tal-ħruġ minn mal-Unjoni Ewropea.
Iżda inqas minn sena wara r-referendum Brexit, ħafna mill-elettorat li vvota Brexit issa qed iħoss ir-riperkussjonijiet ta’ iżolazzjoni mill-Ewropa. U għaldaqstant mhux qed ikun eskluż referendum ieħor dwar is-suġġett.