Il-poplu Ungeriż qed jivvota f’referendum fuq jekk jaċċettax jew le kwoti mandatorji tal-Unjoni Ewropea b’rabta mar-rilokazzjoni tal-migranti.
Il-Prim Ministru Viktor Orban qed jopponi pjan li jkunu rilokati 160,000 migrant mifruxa fl-Unjoni Ewropea.
Taħt l-iskema mħabbra waqt il-kriżi tal-immigrazzjoni s-sena l-oħra, l-Ungerija għandha tirċievi elf mitejn erbgħa u disgħin persuna li qed ifittxu l-ażil.
Stħarriġ tal-opinjoni pubblika qed jgħidu li hemm appoġġ b’saħħtu kontra dan il-pjan fost dawk li qalu li se jivvutaw. Biex ir-riżultat ikun validu, in-nies li ħarġu jivvutaw irid jaqbeż il-ħamsin fil-mija.