Hekk kif Malta ipparteċipat għall-ewwel darba fit-Tazza FEGAT, li hija l-Kampjonat Ewropew ghall-Sewwieqa Amateurs tat-Trott, is-sewwieq żagħżugħ Malti kellu prestazzjoni tajba ferm u rnexxielu wkoll joħrog rebbieħ biż-żiemel World Law AD.
Din il-kompetizzjoni saret il-Ħadd wara nofsinhar fil-korsa ta’ Wels l-Awstrija.
Sfortunatament, fiż-żewġ tiġrijiet l-oħra kellu tfixkil mill-parteċipanti l-oħra u telfulu ċ-ċans li jirbaħ il-kampjonat overall.
Redent Magro jirritorna lura Malta fil-jum tat-Tnejn.