Tnejn mill-ikbar bands Maltin: Red Electrick u The Travellers ingħaqdu flimkien biex jagħtu wieħed mill-ikbar xows li ħadd ma kien qed jistenna.
Probabli qatt ma ħsibtu li taraw kollaborazjoni bħal din qabel ma smajtu biha.
Id-differenza ta’ dan il-kunċert minn oħrajn ser tkun li l-bands mhux ser ikunu qed jagħtu l-prestazzjonijiet tagħhom separati wara xulxin iżda flimkien, hekk kif ser jingħaqdu fuq l-istess palk u jdoqqu flimkien lista ta’ siltiet li huma magħrufin l-iktar għalihom bħal ‘Who the heck is Rek’, ‘Ħafi, Paċi, Kuluri’ , ‘G.O.R.G.E.O.U.S’ u ‘Umani’ fost oħrajn.
Akkwistaw il-biljetti tagħkom għaliex mistennija li jinbiegħu malajr u lestu ruħkom għal lejl mimli bl-aqwa mużika lokali.
Ser ikun hemm ukoll after party mid-DJ’s Kugene u Lex. Dan ser ikun qed isir f’Aria Complex u biljetti jistgħu jinxtraw minn http://www.showshappening.com
Għal iktar informazzjoni segwi l-paġni uffiċjali fuq il-midja soċjali ta’ The Travellers kif ukoll ta’ Red Electrick:
https://www.facebook.com/RedElectrick/
https://www.facebook.com/thetravellersmalta/