Mara ta’ 42 sena mill-Mosta tressqet il-Qorti wara li ħebbet għal uffiċċjal tal-pulizija waqt li kienet fis-sakkra.
Il-pulizija intervjena wara li l-mara ħebbet għal waħda mill-ġirien, li ma ħallihiex titla’ fuq il-bejt tal-blokka tal-appartamenti fejn tgħix.
Il-Mara dehret quddiem il-maġistrat Natasha Galea Sciberras fejn intqal li tista titlef il-kustodja taż-żewġ uliedha minħabba l-imġiba tagħha. Dan kollu wara li sena ilu tpoġġit fuq probation wara li nqabdet issuq taħt effetti tal-alkoħol u ma kkoperatx mal-Pulizija.
B’kollox fil-Qorti ssemmew disgħa akkużi kontra l-mara inkluż ksur tal-paċi pubblika, li kissret ordni ta’ probation u li ma ħaditx ħsieb uliedha b’mod xieraq.
Il-Maġistrat Galea Sciberras ordnat li l-mara tinħeles mill-arrest abbażi ta’ depożitu ta’ €240 u garanzija personali ta’ €2,000. Hija wkoll marbuta li trid tkun lura f’darha wara ċertu ħin.
(Ritratt mhux il-bejt propja)