Reboot evolva. Din is-sena il-programm ser issir podcast ukoll. Kull ġimgħa Claire Agius Ordway ser tkun qed tintervista professjonisti jew nies li se jkunu ta’ ispirazzjoni u li mas-segwaċi se jaqsmu mumenti u għodda valida li huma prattikaw f’ħajjithom u li s-segwaċi jistgħhu jutilizzaw ukoll.
Anke rigward suġġetti, Reboot se jevolvi. Barra fitness, ikel, saħħa mentali u fiżika, l-programm se jiftaħ fuq aktar aspetti tal-ħajja bħal relazzjonijiet u kif nikbru bħala persuni.
”Ħajja waħda għandna u hija pjuttost qasira, għalhekk għandna ngħixuha tajjeb. Sfidi ser ikun hemm dejjem imma l-programm se jwassal appelli li hemm ħafna affarijiet li nistgħu nutilizzaw biex ngħelbu dawn il-mumenti. Reboot ser ikun qed jesponihom għal kulhadd biex jużahom”
CLAIRE AGIUS ORDWAY – PREŻENTATTRIĊI
Reboot ser jixxandar kull nhar ta’ Tnejn fuq ONE fit-8:30pm iżda mbaghad issibuh online fuq youtube, spotify, facebook u instagram.