Fl-aħħar żewġ logħbiet mill-14 il-ġurnata tal-Kampjonat Premier, Valletta u Floriana akkwistaw tlett punti ferm importanti qabel tmiem is-sena 2022.
Fl-Stadium Nazzjonali f’Ta’ Qali Valletta produċew wirja mill-aqwa biex għelbu liċ-ċampjins renjanti Hibernians 4 – 0.
Flavio Silva Cheveresan poġġa lill-Valletta fil-vantaġġ fil-49 minuta bl-attakkant Andrea Zammit jagħmilhom tnejn fil-61 minuta. Ebda risposta mingħand it-tim minn Raħal Ġdid anzi kienu t-tim mill-kapitali li għamluhom tlieta permezz ta’ Jean Marie Ulrich Nnomo Ngong fil-82 minuta. Fil-92 minuta Kilian Bevis skorja r-raba gowl għal Valletta.
Fit-Tony Bezzina Stadium, Floriana r-ritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Pieta 3 – 1. Wara kwarta logħob Mattia Veselji poġġa lil greens fil-vantaġġ biex l-ewwel taqsima intemmet 1 – 0. Fil-67 minuta Kemar Reid skorja t-tnejn b’xejn b’Temitope Ojo Abraham jiskora għal Pieta fil-78 minuta biex l-iskor sar 2 -1. Andrei Ciolacu minn penalty fil-81 minuta s-siġġilla r-rebħa favur Floriana, rebħa ta’ 3 – 1.
Ritratti: Floriana FC / Valletta FC