Balzan FC irreġistraw rebħa importanti meta l-Ħamis filgħaxija fis-Centenary Stadium għelbu lil Kesla FC tal-Ażerbajġan 4 – 1 fl-ewwel leg tal-ewwel rawnd tal-UEFA Ewropa League.
Balzan marru fil-vantaġġ fit-12-il minuta grazzi għal Alfred Effiong u fil-21 minuta għamluhom tnejn grazzi għal Lecao.
L-avversarji ngħataw penalty fil-28 minuta b’Lecao deher imiss il-ballun b’idu u mill-11-il metru Cesar Mezo Colli ma falliex għal 2 – 1. Dan il-goal ma hasadx lil Balzan għaliex it-tielet goal wasal sitt minuti biss wara grazzi għal Bojan Kaljevic biex l-ewwel taqsima spiċċat 3 – 1.
Għaxar minuti fit-tieni taqsima u Balzan għalqu l-logħba b’goal ta’ Cadu.
Il-logħba tar-ritorn tintlagħab il-ġimgħa d-dieħla fejn Balzan FC ma jridux jitilfu b’marġni ta’ tliet goals biex jiktbu l-istorja tal-klabb u jgħaddu għat-tieni rawnd tal-istess kompetizzjoni.