Sliema Wanderers kisbu rebħa komda meta għelbu li Naxaxr Lions bl-iskor 3-0.
Il-Blues fethu l-iskor fis-sitt minuta permezz ta xutt minn barra l-kaxxa ta’ WESCLEY li ħasad għal kollox lill-goalkeeper ta’ Naxxar, Andre Fenech, li f’din il-partita kien qed jieħu post il-goalkeeper titolari, Matthias Debono.
Naxxar wiegbu fil-11-il minuta meta Degran Jackson kellu x-xutt tiegħu li ntemm barra.
Fit-22 minuta, Sliema reġgħu ħolqu l-periklu meta Steve Pisani kellu x-xutt tiegħu jiġi mdawwar f’corner minn Fenech.
Erba’ minuti wara, Wescley dejjem għall-Wanderers għadda tajjeb lejn Vito Plut li x-xutt fil-baxx tiegħu stampa mal-wieqfa.
Sliema komplew jippressaw u fit-28 minuta, Simon Zibo kwazi minn fuq il-penalty spot ra x-xutt tiegħu salvat għal darb’oħra minn Fenech.
Kulma jmur kompla d-dominju tal-Blues u fl-54 minuta VITO PLUT approfitta minn nuqqas ta’ attenzjoni fid-difiża ta’ Naxxar u minn taħt il-lasta bir-ras tefa’ ġewwa.
Sliema reġgħu ħolqu l-periklu fit-73 minuta, meta Adam Magri Overend permezz ta’ xutt mill-viċin reġa’ sab lil Attard attent.
Naxxar wiegbu fit-80 minuta permezz ta’ xutt b’saħħtu ta’ Degran Jackson li ġie salvat tajjeb mill-goalkeeper tal-Wanderers, Kelvin Emeka Agu.
Fil-ħin miżjud, Sliema rebħu penalty meta Myles Beerman twaqqa’ fil-kaxxa minn player ta’ Naxxar, biex mill-11-il metru kien JONATA BASTOS li tefa’ lil Attard naħa u l-ballun in-naħa opposta.
Referee: Daniel Casha.
Plejer tal-Logħba: Wescley Matos Da Silva (Sliema W.)