Il-Partit Soċjalista fil-Portugall jidher li għamel rebħa kbira u se jikseb maġġoranza komda fil-Parlament Portugiż wara l-elezzjoni li saret fil-jum tal-Ħadd.
António Costa mistenni jerġa’ jikseb it-tielet mandat ta’ Prim Ministru tal-pajjiż.
Skont l-ewwel indikazzjonijiet maħruġa mill-istazzjon nazzjonali Portugiż RTP, il-partit ta’ Costa mistenni jmur ferm aħjar milli mistenni u jista’ jkun ma jkollux il-ħtieġa jifforma Gvern ta’ minoranza.
L-ewwel indikazzjonijiet juru li l-Partit Soċjalista kiseb bejn 37% u 42%, bil-Partit Soċjal Demokratiku taċ-ċentru lemin jikseb bejn 30% u 35% tal-voti.
Kif ħarġu l-ewwel riżultati, fil-kwartieri tal-Partit Soċjalista f’Lisbona u fi bliet oħra nstema’ għajjat ta’ ferħ u sodisfazzjon kbir.
Ritratt: AFP