Fl-ewwel partita tal-Ħadd mill-Kampjonat Premier Marsaxlokk ġew megħluba minn Pieta Hotspurs 2 – 1, logħba li possibilment tiftaħ tagħmiet ġodda għal Pieta H.
L-ewwel azzjoni tal-logħba waslet mit-tim ta’ Pieta meta kien Armen Hovhannisyan li prova xutt li għadda għoli.
Marsaxlokk wieġbu fil-21 minuta meta konklużjoni ta’ Krisitan Keqi spiċċat mal-lasta.
Żewġ minuti wara Marsaxlokk spiċċaw b’plejer anqas meta Leandro Aguirre ġie muri l-karta l-ħamra diretta mir-referi Stefan Pace wara ritaljazzjoni fuq Daniel Zerafa.
Ma’ kważi nofs siegħa logħob, l-goalkeeper ta’ Marsaxlokk Marko Drobnjak kien protagonista meta salva żewġ tentattivi fuq Clinton Bangura u Ivin Farrugia.
Pieta mill-ġdid perikolużi fil-38 minuta meta Armen Hovhannisyan prova freekick li kien salvat tajjeb mill-goalkeeper ta’ Marsaxlokk.
Marsaxlokk fetħu l-iskor fit-42 minuta meta minn kross ta’ Fabian Santiago Moracci kien Ayrton Attard li bir-ras tefa’ l-ballun fix-xibka wara l-goakeeper Reeves Cini.
Tlett minuti biss wara u Pieta’ Hotspurs għamlu l-iskor indaqs meta kien Armen Hovhannisyan li avvanza u tefa’ l-ballun fix-xibka għal draw ta’ 1- 1.
HT 1-1
Fit-tieni taqsima kienu Marsaxlokk li ħolqu l-ewwel periklu meta kien tentattiv ta’ Krisitan Keqi li sab li-difiża ta’ Pieta’ attenta li klerjat il-periklu.
Pieta’ Hotspurs skorjaw l-gowl tar-rebħa fis-70 minuta meta konklużjoni mil-isbaħ ta’ Daniel Zerafa minn barra l-kaxxa ħasdet għal kollox lill Drobjnak bil-ballun jintemm fix-xibka.
Marsaxlokk resqu viċin li jagħmlu l-iskor indaqs ftit wara permezz ta’ daqqa ta’ ras ta’ Tiago Adan Fonseca li kienet salvata tajjeb minn Reves Cini.
Referee: Stefan Pace
Plejer tal-Logħba: Kristian Keqi (Marsaxlokk)