Fl-Education City Stadium, kellna l-logħba valida minn Grupp H, bejn il-Korea t’Isfel u l-Ghana.
Fl-24 minuta, il-Ghana fetħu l-iskor permezz ta’ Mohammed Salisu. Ir-referi talab konferma mal-VAR u finalment il-gowl ġie mogħti.
Għaxar minuti wara, kien Mohammed Kudus li rċieva ballun pinġut u għola tajjeb sabiex bid-daqqa ta’ ras għeleb lill-gowlkiper Korean Kim Seung Gyu.
Fit-tieni taqsima, il-Koreani ħarġu ferm determinati. Fil-fatt ġabu d-draw fi żmien qasir, b’doppjetta ta’ Cho Gue-Sung fit-58 u fil-61 minuta.
Fit-68 minuta rega’ kien Kudus li poġġa lill-Ghana mill-ġdid fil-vantaġġ.
Mill-istess grupp, illejla fit-20:00, il-Portugall jilagħbu kontra l-Urugwaj.
Fil-17:00, ikollna logħba deċiżiva fin-naħa ta’ fuq ta’ Grupp Ġ, bejn il-Brażil u l-Iżvizzera.
Ritratt: Hindustan Times/AP