Nhar is-sibt 3 ta’ Ġunju saret it-28 edizzjoni ta’ Gladiators Fight Night, attivita’ li offriet spettaklu ta’ Kickboxing b’uħud mill-aqwa atleti maltin. Fost kickboxers li ħadu sehem spikka l-iżgħar fighter, Jake Azzopardi li għad għandu biss 9 snin.
Azzopardi iġġieled kontra kickboxer taljan Leonardo Crea (Kepos Gym Messina) u ħareġ rebbieħ b’deċiżjoni unanima. Jake Azzopardi jitħarreġ taħt is-superviżjoni ta’ Master Noel Mercieca u ilu jipprattika l-Kickboxing minn mindu kellu ħames snin u jinsab determinat li jkompli jikkompeti sabiex itejjeb dejjem aktar il-livell tiegħu.
Prosit Jake!