Fl-Stadium Nazzjonali f’Ta’ Qali Malta rebħet 1 – 0 kontra Ġibilta f’partita ta’ ħbiberija li servit ta’ preparazzjoni għal partita’ ta’ kwalifikazzjoni tal-Euro 2024 kontra l-Maċedonja ta’ nhar it-Tlieta 12 ta’ Settembru.
Malta kienet dominanti tul il-partita kollha speċjlament fit-tieni taqsima fejn Malta mhux biss skorjat pero kienet kontinwament ta’ theddida għal lasti ta’ Ġibilta.
Il-gowl waħdieni wasal fil-58 minuta meta d-difiża ta’ Ġibilita pruvat it-tajjar il-periklu, ballun wasal għand Joseph Mbong li wara li k-kontrolla fajjar xutt mill-ewwel li spiċċa fix-xibka.
Dan il-gowl ta’ kuraġġ lill-plejers Maltin u ftit wara kien is-sostitut Kyrian Nwoko li ra’ Coleing jsalvalu dak li deher gowl ċert u lejn it-tmiem kien is-sostitut Paul Mbong li mill-ġdid ra x-xutt tiegħu destinat għal ġox-xibka salvat b’diffikulta.
Malta mill-ġdid fl-azzjoni t-Tlieta li ġej, din id-darba f’logħba ta’ kwalfikazzjoni kontra l-Maċedonja.
Ritratt: Domenic Aquilina