It-tim Nazzjonali Malti tan-nisa kiseb rebħa ta’ 1-0 kontra l-Latvja, f’partita li intlghabet fl-iskloka-Jurmala Stadium fil-Latvja liema logħba kienet valida mill-kompetizzjoni l-ġdida tal-UEFA Women’s Nations League,
Din r-rebħa waslet propju fid-debutt tat-tim Malti f’din l-kompetizzjoni.
Il-gowl waħdieni ta’ din l-partita wasal mil-plejer ta’ Inter FC Haley Bugeja, fejn wara xogħol tajjeb tal-plejer ta’ Sampdoria Rachel Cuschieri, l-ballun spiċċa għand Bugeja li b’mod perfett ikkonkludiet fil-lasti avversarji.
Il-partita tal-llum kienet ikkontrollata mir-referi Belġjana Jana Van Laere.
L-impenn li jmiss għal pajjiżna f’League C Grupp 1 ser ikun nhar it-Tlieta li ġej meta fic-Centenary Stadium, Malta ser tilgħab kontra l-Moldova.
Ritratt: MFA