Is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza Rebecca Buttigieg ntgħażlet bħala bħala waħda minn 40 Mexxejja Żgħażagħ Ewropej, magħżula mill-organizzazzjoni Ewropea Friends of Europe, b’rikonoxximent għall-impatt pożittiv li qed tħalli fil-ħidma tal-politika tagħha.
Rebecca Buttigieg bdiet isservi fil-Kabinett fl-2022 u nħatret bħala l-iżgħar membru tal-Kabinett ta’ Robert Abela.
B’reazzjoni għal din l-aħbar, is-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg qalet li dan l-unur ikompli jagħtiha aktar kuraġġ u determinazzjoni biex tkompli taħdem fil-ħajja politika ħalli tagħmel differenza fil-ħajja tan-nies biex jilħqu l-aspettattivi tagħhom.
Fuq il-midja soċjali, il-Prim Ministru Robert Abela feraħ lil Buttigieg u sostna li huwa kburi li l-Partit Laburista qed ikompli jipproduċi politiċi ta’ talent li jmexxu riformi importanti lejn soċjetà iktar ugwali u inklussiva.
B’reazzjoni għar-rikonoxximent li ngħatat, f’kumment lil ONE News, is-Segretarju Parlamentari qalet li dan l-unur ikompli jagħtiha aktar kuraġġ u determinazzjoni biex tkompli taħdem fil-ħajja politika ħalli tagħmel differenza fil-ħajja tan-nies u tgħinhom jilħqu l-aspettattivi tagħhom.
“Ovvjament tagħtini aktar motivazzjoni u aktar ħeġġa biex inkompli nressaq ’il quddiem numru ta’ riformi u numru ta’ emendi li jaslu għal aktar ugwaljanza. Nirringrazzja dejjem lill-Partit Laburista li dejjem emmen fiż-żgħażagħ, dejjem tani dik il-pjattaforma. Ovvjament nagħti r-ringrazzjament tiegħi lejn il-Prim Ministru Robert Abela, li ħatarni fil-kabinett tiegħu, u l-messaġġ tiegħi hu li l-politika hi għodda mill-isbaħ biex tagħmel differenza fil-ħajja tan-nies u dan hu proprju dak li rrid inkompli nagħmel fil-ħidma tiegħi u nħares ’il quddiem li ngħollu l-livell ta’ Malta anke fuq livell Ewropew.”
Is-Segretarju Parlamentari, Rebecca Buttigieg
Sadanittant, il-Partit Laburista fi stqarrija tenna kif din il-lista, hija l-akbar think tank fl-Ewropa li kull sena tagħmel din l-għażla ta’ personalitajiet żgħażagħ li jkunu qegħdin jagħtu prova fil-karrieri varji tagħhom u qegħdin jikkontribwixxu u jsawwru l-identità Ewropea.
Il-Partit Laburista kompla jgħid li dan l-unur prestiġġjuż għal Rebecca Buttigieg huwa ta’ ġieħ għaliha u għal Malta kif ukoll għall-Partit Laburista li dejjem ta spazju u emmen f’ħiliet u t-talenti taż-żgħażagħ Maltin.
🌟 Meet the #EYLClassOf2025 | We are thrilled to launch the new class of #EYL40!
— Friends of Europe (@FriendsofEurope) January 27, 2025
👥 This cohort brings together a diverse group of leaders driving change in their countries and shaping Europe's future.
👉 Stay tuned and learn about their profiles: https://t.co/JL8BVZvfS1 pic.twitter.com/z47ZrcFQfk