Matul l-iskeda tas-sajf ta’ ONE Radio 92.7fm, abbinata mal-programm ”Taħt l-Umbrella” kienet għaddejja kompetizzjoni “Kaċċa għat-Teżor” fejn is-semmiegħa ġew imġielha jfittxu żewġ keychains tal-istazzjon li kienu moħbija f’żewġ lokalitajiet f’Malta; waħda fil-lokalità tal-Qawra, ma’ kamra antika fl-akkwata Ta’ Fra Ben u waħda maġenb xatba tal-ħadid fl-akkwata ta’ Sant’ Anġlu, il-Birġu.
Ta’ kull ġimgħa waqt il-programm il-preżentaturi Renato Vella u Simone De Battista taw ħjiel ta’ fejn jistgħu jsibu dan it-teżor permezz ta’ messaġġ li bdew jibgħatu s-semmiegħa u propju matul il-ġranet li għaddew tnejn mis-semmiegħa; Doris Lewis mill-Qawra u Juan Attard mill-Fgura rnexxielhom issibu dawn il-keychains moħbija u jibgħatu stessu fuq il-whatsapp ta’ ONE Radio.

Ir-rebbieħa li ġew imħabra dalgħodu għal ħabta tal-10:45am permezz ta’ telefonta fil-programm f’xandira diretta, se jiġu premjati bir-rigali grazzi għal Solar Engineering Ltd tal-Mosta u Xewkija Għawdex, b’reverse ssmosis; sistema ta’ filtraġ għal-ilma, b’valur ta’ elf ewro li sejra għand Doris Lewis u żewġ rigali grazzi għal Paulson taż-Żejtun u Centro Casalinga li se jmorru għand Juan Attard.

Il-preżentatturi Renato Vella u Simone Debattista jirringrazaw lil dawk kollha li ħadu sehem f’din il-Kaċċa għat-Teżor.