Il-plejers tal-waterpolo f’ħdan Sliema ASC BMIT Technologies Academy kellhom opportunita unika fejn setaw jitħarrġu flimkien maċ-ċampjin Olimpiku u captain ta’ Sette Bello Pietro Figlioli.
Pietro Figlioli twieled fil-Brażil iżda r-rappreżenta lill-Awstralja fl-Olimpjadi tal-2004 u l-2008 u l-Italja fl-2012 u l-2016 fejn mal-Italja rebaħ żewġ midalji.
Bħalissa Pietro Figlioli jinsab f’pajjiżna sabiex jħarreġ lill-membri tal-akkademja ta’ Sliema matul ix-xhut tas-sajf. Ħafna mit-taħriġ qed isir fl-ilma fejn Figlioli qed jagħdi ftit mill-esperjenza tiegħu lil dawn iż-żagħżagħ kif ukoll jgħinhom jipperfezjonaw il-ħiliet tekniċi tagħhom.
Riċentament Sliema Aquatic Academy iffirmat ftehim ta’ sentejn mal-kumpanija BMIT Technologies sabiex hi tkun l-sponsor uffiċjali tal-skwadri bejn l-etajiet ta’ taħt il-11 il-sena u dawk ta’ taħt l-20 sena.