50 jum il-bogħod mill-elezzjoni Presidenzjali fl-Istati Uniti, ritratt fuq il-midja soċjali żvela li hemm possibilita kbira li l-eks President Repubblikan George H.W. Bush se jivvota lil Hillary Clinton f’Novembru li ġej.
Deċiżjoni kemxejn ironika meta tqis li kien propju r-raġel tagħha Bill Clinton, li kien ċaħdu erba’ snin oħra fil-White House lura fl-1992.
Ir-ritratt ġie mxerred fuq il-midja soċjali minn Kathleen Hartington, li għal tmien snin serviet bħala Gvernatur ta’ Maryland.
Madankollu, kelliema għall-familja Bush la kkonfermaw u wisq anqas ċaħdu din l-aħbar