Spikkaw r-reazzjonijiet pożittivi għar-rispons tal-Prim Ministru Robert Abela għar-rapport tal-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
L-editorjal tal-MaltaToday faħħar lill-Prim Ministru għal mod ta’ kif irrisponda għal din l-inkjesta.
Fil-fatt l-editorjal beda b’din is-sentenza: “In fairness to the Prime Minister, Robert Abela managed to hit nearly all the right notes in his public reaction…”
L-istess editorjal jgħid ukoll li “The Prime Minister struck a very different tone when it came to actually accepting the inquiry’s conclusion.”
Dan b’reazzjoni għall-apoloġija tal-Prim Ministru f’isem il-Gvern għal dak li kkonkluda l-bord tal-Inkjesta Pubblika. L-istess editorjal jinnota wkoll l-apoloġija tal-Prim Ministru lill-familja ta’ Daphne Caruana Galizia. Liema apoloġija ġiet aċċettata mill-familja Caruana Galizia.
L-editorjal jinnota kif ir-rispons tal-Prim Ministru għall-eżitu ta’ din l-inkjesta: “may well have kickstarted a process that may, in time, even lead to some form of national closure.”
Dwar dan l-aħħar punt tal-istess fehma kien l-opinjonista indipendenti Raphael Vassallo.
Fuq l-istess gazzetta biss ftit paġni wara Vassallo jgħid kif ma stenniex dan it-tip ta’ rispons u saħansitra kien sorpriż għall-aħħar.
Fl-artiklu tiegħu Vassallo jistqarr kif il-Prim Ministru ammetta bla tlaqliq li n-nuqqasijiet li ħarġu mir-rapport tal-inkjesta u b’hekk għall-ewwel darba l-pajjiż jista’ jara ċans li din il-ferita tingħalaq.