Wara li l-Ministru għas-Saħħa Ingliż Sajid Javid ma eskludiex il-fatt li jistgħu jiżdiedu r-restrizzjonijiet b’rabta mal-COVID-19 qabel il-Milied, wasslet għal numru ta’ reazzjonijiet.
Fosthom, Tom Ironside, id-direttur tan-negozji u regolamentazzjoni tar-Renju Unit, tenna li l-ħwienet tal-bejgħ bl-imnut tilfu aktar minn 35 biljun ewro f’bejgħ matul it-tliet lockdowns li saru fir-Renju Unit.
Huwa tenna, li kull miżura restrittiva se żżid aktar il-pressjoni fiż-żmien meta l-bejjiegħa għadhom qed jirkupraw miż-żmien li kienu magħluqin.
Żied jgħid li l-bejjiegħa dejjem taw priorità saħħet il-ħaddiema u l-konsumaturi u saħħansitra qed ikompli jiżguraw li kulħadd jixtri bl-aktar mod sigur.