Il-familja ta’ Jean Paul Sofia sostniet li l-inkjesta pubblika għandha tinvestiga proċessi marbuta mal-allokazzjoni tal-art u aspetti marbuta mas-settur tal-kostruzzjoni.
Dawn huma fil-fatt parti mit-Termini ta’ Referenza tal-Inkjesta li ħatar il-Prim Ministru Robert Abela biex issir ġustizzja sħiħa u tkun magħrufa l-verità kollha.
Din kienet ir-reazzjoni prinċipali mill-familja wara l-pubblikazzjoni tat-Termini ta’ Referenza u anki r-rispons tal-familja waqt l-abbozzar tat-Termini.
Fil-fatt kemm mit-Termini ta’ Referenza u r-rispons tal-familja toħroġ konverġenza b’saħħitha.
Il-familja tal-akkadut qalet li għan tagħha waqt il-proċess tal-inkjesta pubblika fil-każ se jkun wieħed biex familji oħra ma jgħaddux minn dak li għaddiet minnu hi bit-telfa ta’ Sofia.
Il-Prim Ministru żamm mal-impenn tiegħu li jippubblika anki t-Termini ta’ Referenza tal-inkjesta li ħatar wara li anki pubblika r-rapport tal-inkjesta maġisterjali konkluż tmien xhur wara l-każ mill-Maġistrat Marseanne Farrugia.
Riżultat tal-konklużjoni tal-inkjesta maġisterjali tressqu ħames persuni l-Qorti mixlija fost oħrajn b’ikkaġunar ta’ mewt involontarju ta’ Jean Paul Sofia.
AQRA WKOLL: