Ftit tal-jiem ilu l-Gvern ippreżenta white paper sabiex il-proċess ta’ medjazzjoni tkun introdotta wkoll f’każijiet ta’ tilwim fuq kirjiet tad-djar. Il-proċess tal-medjazzjoni s’issa jintuża f’każijiet tal-familja jew f’tilwimiet relatati mal-konsumatur. ONE NEWS tkellem mal-avukat Phyllis Aquilina dwar is-suċċess li kellu s’issa l-medjazzjoni f’dawn l-oqsma u dwar il-prospettiva li l-istess suċċess jintlaħaq fil-qasam tal-kera. Mil-lenti legali tagħha taqsam ħsibijietha magħna.