Dawk li fl-aħħar xhur marru jinnegozjaw f’isem il-ħaddiema li jirrappreżentaw jitkellmu b’sodisfazzjon dwar il-ftehim li fuq kollox se jfisser żidiet fil-pagi. Riflessjoni ta’ kif il-ħaddiem igawdi minn ekonomija b’saħħitha.
Jesmond Bonello, Direttur Ġenerali tal-Union Ħaddiema Maqgħqudin huwa sodisfatt li l-ftehim imur lil’ hinn miż-żidiet mill-pagi.
“Peress li se jiġu indirizzata ċertu anomaliji se jkun hemm differenza fil-parti tan-nofs tal-ħaddiema. Filwaqt li l-oħrajn se jkollhom 2.4% ta’ żieda. Fl-aħħar mill-aħħar se jingħataw dak li ħaqqhom li sfortuntament fis-snin ma kellhomx,” qal Bonello
Is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers Union, Josef Bugeja, qal li l-messaġġ ċar li ntbagħat huwa li l-ħaddiema taċ-ċivil huma kruċjali għat-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna.
“Illum tajna direzzjoni fejn qed inżiedu żidiet u qed ikunu rranġati anomaliji f’collective agreements tal-passat,” spjega Bugeja.