Filwaqt li d-deċiżjoni tar-Renju Unit li toħroġ mill-Unjoni Ewropea mal-ewwel kellha effett fuq l-isterlina, il-Professur tal-Ekonomija Philip Von Brockdorf fisser kif l-effett huwa mifrux ferm iktar minn hekk, bir-reazzjoni tinħass fi swieq oħra, saħansitra fil-Ġappun. Von Brockdorf qal dan f’kummenti ma’ ONE fi programm speċjali li qed jixxandar bħalissa. Il-kumment tista’ tisimgħu hawn taħt.