Christina għandha biss sitt snin u tħaddan reliġjon Kristjan, kien għalhekk li ġiet maħtufa mill-militanti tal-Istat Iżlamiku. Dan meta l-grupp militanti ħadu taħt idejhom Qaraqosh, lokal li jinsab fil-periferija ta’ Mosul fl-2014. Wara tliet snin ta’ tfittxija, Christine llum reġgħet inaqgħdet mal-familjari tagħha.
Iżda fi kliem ommha, Aida, it-tranżizzjoni għal ħajja normali tagħha mhux se tkun faċli.
“Provajna ngħinuha tifhem għaliex hi ma tafx li aħna l-familja tagħha. Insiet min huma l-familjari tagħha imma issa terġa’ titgħallem,” qalet l-omm. Bħal tant oħrajn, din il-familja qed tgħix f’akkomodazzjoni temporanja sakemm tkun tista’ temigra lejn post ieħor.
Dan ifisser li minkejja li din l-omm hija ferħana ferm li llum reġa’ għandha l-bintha tgħix magħha, l-inkwiet ma ntemmx hawn dan hekk kif minkejja li wara attakk wara l-ieħor il-lokal li jgħixu fih inħeles mill-Militanti Iżlamiċi, din il-familja m’għandiex fejn tgħix.
Din hija realtà li huma l-ftit li jifhmu, dan hekk kif huma persuni li jgħixu din il-ħajja ta’ kuljum li filgħodu jqumu mbeżża’ li uliedhom jiġu maħtufa mill-militanti.