Il-klieb huma popolari ferm fost il-Maltin, kemm bħala kumpanija, kif ukoll bħala membru tal-familja stess. Ħafna dilettanti jagħżlu li jmorru għal livell aktar professjonali u jnisslu l-klieb minn razzez puri.
Sa ġimgħa ilu ħadd ma kien jobsor li jnissel mir-razza Tibetan Mastiff f’pajjiżna; razza pura u popolari fil-kontinent Ażjatiku, però ħafna inqas fl-Ewropa.