L-artista RAYE se tkun qed tingħaqad flimkien mal-artisti internazzjonali l-oħra għall-isle of MTV ta’ din is-sena. Dan tħabbar mill-Awtorità għat-Turiżmu fi stqarrija fejn sostnew li se tkun RAYE li se tagħti bidu għall-kunċert li se jittella’ fil-Fosos tal-Furjana fis-27 ta’ Ġunju.
RAYE se tkun qed tingħaqad flimkien mal-artisti internazzjonali li se jkunu qed jagħtu spettaklu mill-isbaħ għall-eluf ta’ persuni li ta’ kull sena jattendu dan il-kunċert.
Hi se tkun qed tikkollabora flimkien ma’ Jonas Blue, DNCE u The Chainsmokers għall-11-il edizzjoni ta’ wieħed mill-akbar avvenimenti tal-mużika li jsiru fl-Ewropa.
RAYE, magħrufa wkoll bħala Rachel Keen, hi artista Brittanika minn Londra. RAYE saret famuża l-aktar għall-kanzunetta li fiha kkollaborat mal-artist Jonas Blue lura fl-2016, bl-isem ta’ “By Your Side, u kif ukoll ma’ Jax Jones f’kanzunetta bl-isem ta’ “You Don’t Know Me”.