Nhar il-Ħadd li għadda Simon Busuttil qal li x-xahar ta’ Settembru huwa x-xahar tan-Nazzjonalisti. Dikjarazzjoni li ftit li xejn niżlet tajjeb mal-partitarji fosthom ma’ Ray Bugeja li kkontesta l-elezzjoni biex ikun kap tal-istess partit.
Fuq Twitter, Bugeja qal li ċelebrazzjonijiet ta’ festi nazzjonali għandhom ikunu nazzjonali u mhux bi skopijiet partiġjani. Qal li m’għadx baqa’ lok t’attivitajiet tal-massa għal festi bħal dawn.
Celebrations of national historic events should be just that, national, not partisan. Political party rallies are out of place.
— Ray Bugeja (@raybugeja) September 5, 2016
Din ma kinitx l-unika kritika ta’ Bugeja lejn l-istil ta’ tmexxija ta’ Busuttil. Filfatt, għal darb’oħra fuq Twitter, Bugeja qal li mexxej tajjeb jinduna meta għandu jwarrab u f’kumment ieħor qabbel l-islogan għal festi tal-indipendenza ‘Nirnexxu lkoll flimkien’ ma’ dak ta’ Gonzi PN.