Raul Castro kkonferma li se jkun qed jirreżenja minn mexxej tal-Partit Komunista ta’ Kuba.
Huwa qal li se jkun qed iċedi postu lil Miguel Diaz-Canel li għandu 60 sena u li huwa wkoll il-President ta’ Kuba.
Dan se jkun qed ifisser it-tmiem ta’ sittin sena ta’ tmexxija mill-aħwa Castro. Raul kien ħa t-tmexxija wara ħuħ il-kbir, Fidel.
Fl-2018 Raul Castro kien diġà għadda l-presidenza lil Miguel Diaz-Canel, Diaz se jibqa’ jokkupa l-kariga ta’ president tal-Kubani filwaqt li jmexxi l-Partit Kommunista.
Fl-indirizz tiegħu lid-delegati, Castro wiegħed li sakemm idum ħaj se jibqa’ jiddefendi l-patrija, ir-rivoluzzjoni u s-soċjaliżmu f’Kuba.