Hugo Sascha Christian, Franċiż ta’ 19 sena u Michael Olaf Zandrstra Awstraljan ta’ 18-il sena nħelsu mill-arrest wara li allegatament wettqu att vandalu fuq statwa reliġjuża li tinsab fil-Park tal-Familja ta’ Wied il-Għajn.
Il-każ seħħ fis-6 ta’ Ottubru fejn minn filmati elevati minn kameras tas-sigurtà jidher li allegatament wettqu att vandalu fuq l-istatwa, li tinsab fuq iz-zuntier tal-kappella ddedikata lil Sant’ Antnin ta’ Padova, ġiet ivvandalizzata billi kemm ras l-istatwa Sant’Antnin, kif wkoll ras u idejn l-istatwa tal-Bambin, tqaċċtu minn posthom.
L-istatwa ta’ Sant’Antnin taqa’ taħt l-Att Dwar il-Patrimonju Kulturali.
Il-prosekuzzjoni qal li l-Pulizija rnexxielha ssib ir-ras tal-istatwa ta’ Sant’ Antnin fir-residenza fejn jgħixu ż-żewġ ġuvintur.
Huma wieġbu mhux ħatja u d-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest.
Il-prosekuzzjoni mmexija mill-ispettur Saviour Baldacchino m’oġġezzjonatx għal din it talba.
Il-qorti mmexxija mill-Maġistrat Rachel Montebello aċċettat it-talba ta’ ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet fosthom li ma jistgħux jsiefru mill-pajjiż, ma jwettqu l-ebda reat ieħor matul dan il-perjodu u li jiffirmaw l-għassa ta Ħaż-Żabbar nhar ta’ Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa bejn it-tmienja ta’ filgħodu u t-tmienja ta’ filgħaxija.
Dan filwaqt li jridu jħallsu depożitu ta’ €2000 u jekk jiksru xi kundizzjoni imposti fuqhom ridu jżidu magħhom €4000 oħra.