Mil-aħħar stħarriġ li ħareġ qabel ir-referendum li se jsir għada fir-Renju Unit, jidher li d-distakk huwa żgħir wisq biex wieħed jgħid fejn se jmur il-vot.
L-aħħar figuri juru li l-kampanja LEAVE għandha 45% filwaqt li remain għandha 44% tal-appoġġ tal-elettorat.
Għalhekk jider li l-voti li kisbet il-kampanja REMAIN fl-aħħar jiem kienu ftit wisq biex iħallu l-impatt mixtieq.