Il-Grupp Teatrali 14 ta’ Jannar fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990, ser ittella’ rappreżentazzjoni marbuta ma’ żmien il-Ġimgħa Imqaddsa.
Dan id-dramm tal-passjoni bl-isem “l-Id imdemmija” kitba u direzzjoni ta Steven Farruga , ser ikun qiegħed jiġi mtella’ fis-Sala Anthony Camilleri, is-sala prinċipali tal-Każin, fi Triq Birżebbuġa, Birżebbuġa.
Din hija rappreżentazzjoni li toħroġ perfettament l-emozzjonijiet li jġib miegħu dan iż-żmien tant qaddis. Rappreżentazzjoni li ġġiegħlek tirrifletti u taħseb, x’kienet ir-raġuni li ġara dak li ġara? Min hu responsabbli ta’ dan kollu? Liem hi l-veru id imdemmija.
Ir-rappreżentazzjonijiet jkomplu propju il-lejla , l-Erbgħa 16 ta’ April fis-7.30pm, Fis-17 ta’ April, f’Ħamis ix-Xirka fit-8.15pm u fid-9.30pm; kif ukoll f’Jum il-Ġimgħa l-Kbira fl-10:30am.
Id-dħul hu b’xejn, iżda donazzjonijiet huma apprezzati.