Kurt Cassar se jkun qed jirrappreżenta lil Malta f’festival orkestrali ġewwa r-Rumanija segwit minn eluf kbar ta’ kull sena. Dan il-festival isir fil-belt kapitali Rumena u kull sena jilqa’ talenti ġodda minn diversi pajjiżi, minn fejn kantanti jkunu rebħu kemm l-X-Factor u kif ukoll The Voice. Fosthom hemm l-Italja, L-Bulgarija, r-Russja.
Ricentament gie mirbuħ mill-istilla mondjali Elhaida Dani, r-rebbieħa ta’ The Voice fl-Italja u r-rapprezentanta tal-Albanija fil-Eurovision tal-2015. Kien hemm ‘l fuq minn 800 sottomissjoni u Cassar ġie magħzul fost l-24 finalisti minn pajjiżi diversi. Malta kienet fil-finali ta’ dan il-kuntest prestiġġjuz fl-2011 fejn giet irrappreżentata mill-kantanta Eleanor Cassar.
Kurt Cassar se jkun qiegħed jieħu sehem fil-finali bejn is-26 ta’ Mejju u t-28 ta’ Mejju, fejn apparti li se jkun qed jinterpreta kanzunetta oriġinali tiegħu bil-lingwa Ingliza ser ikun qed ikanta wkoll silta popolari bir-Rumen mal-orkestra komposta minn mużiċisti popolari fir-Rumanija. Intant, Cassar se jkun qiegħed jipparteċipa fis-semi-finali tal-kompetizzjoni mondjali ‘New Wave’ gewwa r-Russja fil-jiem illi ġejjin.
Kurt jirringrazzja lil manager u l-gwida vokali tiegħu Rocco Palazzo u Gabriela Serban.