Il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima José Herrera laqa’ n-nomina ta’ Simon Mizzi bħala rappreżentant tal-Oppożizzjoni fuq il-Bord tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, hekk kif illum waranofsinhar irċieva n-nomina formali kif inhu mitlub minn Artiklu 6 (2) ta’ Kapitlu 549 dwar l-Att tal-Protezzjoni tal-Ambjent.
Il-Ministru Herrera awgura li hekk kif issa l-bord ta’ din l-awtorità hu kompost bil-membri kollha appuntati, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi tkompli bil-ħidma importanti li qed tagħmel filwaqt li tkompli taqdi l-missjoni tagħha li tissalvagwardja l-kapital naturali ta’ pajjiżna.