Ajruplan tal-linja tal-ajru Emirates li kien f’titjira minn Ateni lejn Newark fil-Istati Uniti kellu jdur lura lejn Ateni wara rapporti ta’ passiġġier suspettuż fuq it-titjira.
Rapporti fil-midja internazzjonali qed jgħidu li l-passiġġier ġie identifikat minn intelliġenza miksuba mill-awtoritajiet Amerikani. L-istess rapporti qed jgħidu li l-passiġġier seta’ kellu mottiv li jipprova jaħtaf l-ajruplan.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minn informazzjoni miksuba jidher li l-ajruplan tat-tip Boeing 777 dawwar ir-rotta tiegħu malli qabad il-gżira ta’ Sardegna.
Aktar dettalji malli jaslulna.