Fuq il-paġna tal-Facebook tagħhom, L-ARGUMENT ħabbru kif skont sorsi, fis-sigħat li ġejjin it-tim nazzjonali Malti mistenni li jkollu kowċ nazzjonali ġdid hekk kif jidher li l-kuntratt li għandu Ray Farrugia mhux ser jiġġedded wara Diċembru li ġej.
L-ARGUMENT qalu kif Farruġa kien ħa f’idu t-tmexxija tat-tim nazzjonali Malti fl-2018 wara t-tkeċċija tal-kowċ Tom Saintfiet, fejn taħt it-tmexxija tiegħu Malta għal ewwel darba fl-istorja rnexxielha tirbaħ kontra l-Faroe Islands.
L-ARGUMENT qalu kif l-istess sorsi ikkonfermaw magħhom li l-għażla aktarx tkun bejn kowċ Svizzeru jew Taljan b’dan tal-aħħar huwa l-favorit. Żiedu jgħidu li fost l-ismijiet li saħansitra ssemmew fil-kurituri tal-MFA kien hemm dak tal-ex kowċ tat-tim nazzjonali Taljan ta’ taħt il-21 sena Devis Mangia li fl-aħħar ġranet kien f’pajjiżna.
L-ARGUMENT, temm jgħid kif huma jifmhu li l-MFA ser tkun qed tevalwa kull għażla possibli biex is-suċċessur ta’ Farruġia jħalli l-frott u r-riżultati mixtieqa.
Intant ftit tal-ħin wara, l-Assoċjazzjoni Maltija għall-Football, f’komunikazzjoni kkonfermat li l-kowċ Ray Farrugia wasal fit-tmiem tat-tmexxija tiegħu.