Diversi persuni armati arrestaw numru ta’ membri tal-Gvern Sudaniż f’darhom, inkluż lill-Prim Ministru.
Mossa li bosta qed iqisuha bħala attentat ta’ kolp ta’ stat u li wasslet biex waqa’ l-Gvern preżenti.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan seħħ propju fi sfond ta’ kriżi politika fil-pajjiż, fejn sa issa għadu mhux ċar minn wettaq dan.
Il-kriżi bdiet wara tensjonijiet li qamu bejn il-militar u l-awtoritajiet ċivili, li ilhom mill-2019 jaqsmu l-poter tal-pajjiż bejniethom.
Qed jingħad ukoll kif hemm mijiet ta’ persuni li qed jipprotestaw fit-toroq tal-pajjiż, b’uħud fetħu n-nar fuq xulxin.
Intant, il-militar iddikjara stat ta’ emerġenza.