Is-Segretarju Amerikan tal-Istat Mike Pompeo qal li hemm ċans sostanzjali li s-susspett ivvalaner ta’ Alexei Navalny kienet ordni ta’ uffiċjali ogħli f’Moska. Pompeo tenna li l-Istati Uniti għadha qed tevalwa kif ser twieġeb għal dan.
NATO u l-Ġermanja qalu li ma hemm l-ebda dubju li Navalny ġie vvalenat permezz tal-kimika Novichok. Liema kimika taffettwa n-nervituri tal-ġisem u jekk titieħed f’dożi kbar kapaċi toqtlok. Il-kummenti ta’ Mike Pompeo jikkuntradixxu dawk tal-President Donald Trump fejn rrifjuta li jikkundanna lil Moska. Ix-xahar li għadda, Alexei Navalny nġarr bl-ajru minn Berlin għar-Russja wara li ħassu ma jiflaħx fuq titjira mis-Siberja għall-kapitali Russa.