Rapporti qed jgħidu li s-servizz sigriet tad-Danimarka għen lill-Gvern Amerikan jispija fuq politiċi Ewropej, inkuż il-Kanċillier tal-Ġermanja, Angela Merkel. Dan bejn l-2012 u l-2014.
Il-midja Daniża qed tgħid ukoll li ż-żewġ partijiet ġabru informazzjoni fuq uffiċjali minn Franza, l-Iżvezja u n-Norveġja.
Rapporti simili kienu feġġew lura fl-2013 fuq is-servizz sigriet Daniż, li ma kinux ġew miċħuda kompletament milll-Gvern Amerikan.