Qed jiġi rrapportat mill-Korea t’Isfel li l-Korea ta’ Fuq għadha kif sparat żewġ missili mmirati lejn il-baħar.
Il-Gwardja tal-Kosta Ġappuniża wkoll irrapportant li ġiet sparata minn tal-inqas missila waħda.
Il-Prim Ministru Ġappuniż iddeskriva din l-isparatura bħala skandaluża u qal li hija theddida għall-paċi u s-sigurtà fir-reġjun.
Din l-aħbar tasal jiem wara li l-Korea ta’ Fuq ttestjat missila li kapaċi tivvjaġġa distanzi twal u saħansitra tista’ tolqot lill-Ġappun.
Esperti qegħdin jgħidu li missili ta’ dan it-tip jistgħu jkunu qed iġorru xi tip ta’ arma nukleari.