Qed ikun rappurtat li Keith Schembri u Konrad Mizzi qed ikunu interrogati mill-pulizija tat-taqsima għar-reati ekonomiċi.
Fi tweġiba għall-mistoqsijiet li bagħat ONE News biex jikkonferma dak li qed ikun rappurtat, il-pulizija qalet li b’referenza għall-Artiklu sebgħa u tmenin tal-Att Dwar il-Pulizija, il-Pulizija mhiex f’pożizzjoni li tikkonferma jew tiċħad din l-informazzjoni.
Xahrejn ilu, l-Imħallef Edwina Grima kienet ordnat li jiġu ffriżati l-assi ta’ Keith Schembri u martu, u Brian Tonna minn Nexia BT fost oħrajn.