Il-militar tal-Ukrajna akkuża lill-forzi Russi li splodew diga kbira fir-reġjun ta’ Kherson. Dan ir-reġjun huwa maqbud minn Moska u jinsab in-Nofsinhar tal-pajjiż.
Rapporti fuq il-mezzi tax-xandir internazzjonali jgħidu li hemm hemm biża’ li eluf ta’ djar qrib l-ilma jistgħu jegħrqu. Iżda uffiċjal lokali mqabbad mir-Russja qal li l-parti ta’ fuq tal-impjant tal-enerġija biss inqerdet, u mhux id-diga nfisha.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Din id-diga, bl-isem ta’ Nova Khakovka, żżomm lura l-ilmijiet ta’ bliet fil-qrib, u tifforma ġibjun kbir li jipprovdi ilma għal għadd ta’ komunitajiet. Il-ġibjun jipprovdi wkoll ilma li jkessaħ għall-akbar impjant tal-enerġija nukleari tal-Ewropa, Zaporizhzhia, li jinsab madwar 100 mil ‘il fuq.
Ritratt: Maxar Technologies/REUTERS