Il-midja internazzjonali qed tirrapporta kif l-eks Prim Ministru Brittaniku Boris Johnson mistenni jitfa’ ismu għat-tellieqa li se teleġġi mexxej ġdida tal-Partit Konservattiv u eventwalment Prim Ministru.
Boris Johnson, li spiċċa minn Prim Ministru sitt ġimgħat ilu, kien ħabbar ir-riżenja f’Lulju li għada u warajh kienet ġiet eletta Liz Truss.
Kemm it-Time Ingliża u d-Daily Telegraph qed jgħidu li Johnson, li wkoll kien sfurzat biex jirriżżenja, qed jipprepara biex joħroġ għall-elezzjoni interna tat-Tories.
Truss ħabbret ir-riżenja tagħha llum wara 45 ġurnata f’dan l-irwol.
Intant, l-elezzjoni għall-mexxej mistennija ssir sa tmiem il-ġimgħa d-dieħla.