It-turppi Russi qed ikomplu bi triqithom lejn il-kapitali Kyiv. Fil-fatt, f’ritratti minn satellita juru konvoj militari fit-tramuntana tal-kapitali Ukrena.
Kmamar tal-aħbarijiet Russi kkwotaw lill-Ministeru għad-Difiża Russu li se jkun qed jattakka fost oħrajn binjiet tas-servizz tas-sigurtà Ukrena.
Persuni f’din iż-żona kienu mħeġġa jitilqu.
Intant, bosta qed jerħula lejn l-istazzjon tal-ferrovija biex jaħarbu minn Kyiv: anzjani; tfal; persuni b’diżabilità u persuni oħra bl-annimali magħhom qed jittamaw li jirkbu l-ferrovija malajr kemm jista’ jkun, hekk kif hemm biża’ li jista’ jkun l-aħħar ċans għal tama li jaħarbu qabel jaslu t-truppi Russi.