Rapporti qed jgħidu li Salvu Dalli, magħruf bħala d-Danger Man miet fl-Isptar Mater Dei.
Ir-raġel kien qed jiġi mixli bil-qtil ta’ ibnu f’Ħal Għaxaq, tilef ħajtu. Fi Frar li għadda, huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li kien ilu seba’ xhur il-ħabs jinżamm arrestat.
Il-każ li bih kien qed jiġi akkużat seħħ fis-7 t’Awwissu tal-2020, meta Antoine Dalli ta’ 37 sena, iben Salvu Dalli kien instab ferut b’tir f’żaqqu fil-kamra tal-banju f’dar fi Triq il-Gudja. Il-vittma ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post mit-tobba tal-Emerġenza.
L-arma li allegatament intużat fl-omiċidju nstabet mill-Pulizija fl-istess residenza.
Fil-Qorti nstema kif allegatament Salvu kien qatel lill-ibnu fuq argument relatat mal-flus.