Rapporti fil-midja qed jgħidu li aktar minn 400 merċenarju Russu ġew ordnati biex joqtlu l-President Ukren Volodymyr Zelensky.
Allegatament, il-gvern Ukren skopra b’din il-missjoni nhar is-Sibt filgħodu u għalhekk ordna biex in-nies ma joħorġux fit-toroq għal 36 siegħa fil-kapitali Kyiv.
Qed jingħad li bejn 2,000 u 4,000 merċenarju waslu fl-Ukrajna f’Jannar li għadda. Dan filwaqt li 400 oħra waslu mill-Belarus aktar riċenti, li lkoll qed jistennew is-sinjal biex jipproċedu bl-assassinju ta’ Zelensky flimkien ma’ 23 persuna oħra.
Il-ġimgħa li għaddiet, Zelensky qal li hu jinsab fil-mira, madanakollu rrifjuta milli jinħeba f’post sigur u minflok għażel li jibqa’ fi Kyiv.