Qed ikun irrappurtat li l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit jinsabu qrib li jilħqu ftehim ta’ wara Brexit. Dan hekk kif Boris Johnson laqqa’ l-kabinett sabiex jaġġorna l-membri bid-dettalji u l-progress li qed jinkiseb fin-negozjati.
Jidher li s’issa l-ikbar sfida kienu n-negozjati dwar drittijiet tas-sajd u regoli ta’ kompetizzjoni kummerċjali.
L-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit għandhom sal-31 ta’ Diċembru sabiex jilħqu ftehim u dan ikun approvat mill-parlamentari.
Ritratt: Reuters